Fid-dinja huma ħafna l-iskritti li għandhom oriġini logografika, jiġifieri li kienu oriġinarjament stampi. Fosthom il-karattri Ċiniżi li jintużaw madwar id-dinja kollha. Per eżempju, 目 tfisser 'għajn' u tiġi minn stampa ta' għajn miftuħa. Fl-Eġizzjan l-Antik insibu dan il-ġeroglifiku simili ħafna:
Issa ħarsu lejn dan: 馬
馬 ifisser 'żiemel' u jekk tħarsu aħjar, terġgħu taraw għajn 目, kriniera, erba' tikek li jirrapreżentaw l-erba' saqajn u denb warajhom. Din hija stampa ta' żiemel jiġri.
Għaliex hemm għajn waħda?
Ħeqq,
għax meta tara żiemel jiġri, spera dejjem li taralu għajn waħda biss - jekk tarahomlu t-tnejn li huma jfisser li ġej jiġri lejk!
Jien ċert li ħafna minnkom jafu li l-kelma 'alphabet' tiġi mill-mod kif jinqraw l-ewwel żewġ ittri ta' alfabett Grieg: appuntu l-α 'alpha' u l-β 'beta'. Li forsi ħafna ma jafux huwa li l-ittri li nużaw prattikament il-ħin kollu biex niktbu l-Malti (u l-biċċa l-kbira tal-lingwi) għandhom proprjament oriġini logografika wkoll.
Il-lingwa Maltija hija waħda minn dawk il-ftit lingwi Semitiċi (jekk mhix l-unika lingwa) li tinkiteb bl-alfabett Latin u li tmur mix-xellug għal-lemin. Il-lingwa tad-ض, l-Għarbi, għandha l-iskritt proprju tagħha, kif ukoll il-Lhudi u l-Aramajk, u dawn kollha jinkitbu mil-lemin lejn ix-xellug. L-oriġini Semitika li għandha l-lingwa tagħna u l-alfabett li nużaw jorbtuna b'mod ħafn'iżjed viċin ma' l-oriġini tal-kitba milli kif jistgħu dawk tal-popli u l-kulturi l-oħrajn tad-dinja.
L-alfabett li nużaw aħna huwa adattament ta' dak li bih kien jinkiteb il-Latin, il-lingwa ta' l-Imperu Ruman, li kien inxtered madwar l-Ewropa kollha. Ir-Rumani kienu addattaw l-iskritt tagħhom minn dak Grieg filwaqt li dawn kienu ġabuh mill-Feniċji. Il-Feniċji kienu addottaw xi ġeroglifiċi Eġizzjani partikolari u kienu abbinaw magħhom l-ewwel konsonanti skont l-isem Semitiku li bih kienu jirreferu għall-ħaġa deskritta fil-ġeroglifiku.
Ejja naraw l-oriġini ta' xi ittri.
Fl-Eġittu l-Antik konna nsibu dan il-ġeroglifiku:
Dan kien jinqara 'n' u jirrappreżenta l-mewġ ta' l-ilma fl-ixmara Nil.
L-ittra M tiġi minnu. M'hija xejn ħlief biċċa meħuda minn dan iż-żigżag.
Fil-Malti nsibu numru ta' kliem bħal 'illum', 'ilbieraħ', 'illejla', eċċ, li fihom l-artiklu 'il-' mehmuż magħhom mingħajr sing. Il-kelma 'ilma' hija oħra minn dan il-kliem fejn naraw li mal-medda tas-snin l-artiklu 'il-' ingħaqad mal-kelma 'ma'. ماء 'māʔ' huwa l-mod kif jissejjaħ l-ilma bl-Għarbi, kelma li għandha għerq antik ħafna li jmur ta' l-inqas 5000 sena. Il-Feniċji kienu jsejħu l-ilma bħala mim
Ġeroglifiku ieħor li naraw fl-Eġizzjan l-Antik huwa dan:
Ovvjament jirrapreżenta ras ta' raġel b'dik id-daqna partikolari li kienu jżommu n-nobbli u nies ta' ċertu importanza dak iż-żmien fl-Eġittu.
L-ittra R ġejja appuntu minn dan il-ġeroglifiku. Fil-qedem kienet evolviet b'mod li kienet tidher imdawra (bħal Я), anki minħabba l-fatt li dak iż-żmien, il-Feniċji kienu jiktbu bl-istess direzzjoni li jiktbu biha l-Għarab u l-Lhud sal-lum - mil-lemin għax-xellug.
Kultant dik id-daqna rjali ma kinitx titniżżel u għalhekk il-ħoss ta' l-erre kien hemm min kien jiktbu bħal P mdawra: Գ. Hemm raġuni jekk fl-iskritti Ċirilliċi u Griegi l-R tinkiteb rispettivament Рр u Ρρ - u tidher qisha l-P tagħna.
(Il-P tagħna tiġi mill-ġerogliku li jirrapreżenta l-ħalq. Fl-Għarbi l-/p/ huwa ħoss li ma jintużax fil-fonetika tal-lingwa, għalhekk fil-Malti ma tantx insibu kliem ta' oriġini Semitika li fih l-ittra P. Fil-fatt l-Għarab ikollhom xi problemi biex ilissnuh sew u joħorġilhom dejjem imleħħen minn ħalqhom - fil-forma ta' /b/. Anki ortografikament, meta jiġu biex jeqilbu xi kelma jew isem barrani għall-kitba Għarbija, dawn jużaw ب /b/, bħal pereżempju fil-kelma 'pizza': بتزة /bīza/. Il-/p/ u l-/b/ huma ħsejjes relatati ma' xulxin u dawn huma wkoll relatati mal-/f/ u l-/v/. Wara kollox, hemm raġuni jekk kull meta naraw 'ph' fl-Ingliż, din naqrawha /f/; hemm raġuni jekk insibu kliem bħal pfennig fil-Ġermaniż jew kliem Taljan bħal piede u fratello li jsiru foot u brother fl-Ingliż; hemm raġuni jekk il-mara tal-fox hija vixen u jekk il-plural ta' wife huwa wives. Fil-Malti nsibu l-kelma 'fomm' (bl-Għarbi فم) li hija relatata ma' l-isem tal-ġeroglifiku li akrofonikament intagħżel biex jirrappreżenta l-ħoss /p/ mill-Feniċji, minħabba li huma ħalq kienu jsejħulu 𐤐 'pe'. Sal-lum għadna nsibu l-kelma פֶּה /pe/ 'ħalq' fil-Lhudi. Dan huwa għerq antik ħafna wkoll li bħall-oħrajn jiħodna sa żmien is-Sumeri.)
Kull darba li aħna niktbu 'R' jew il-kelma 'ras' mela, aħna nkunu qed naqsmu millennji ta' storja umana, kulturali u lingwistika. Il-kelma tagħna tiġi mill-Għarbi 'رأس' għalkemm dan ukoll huwa għerq antik ħafna. Bil-Feniċju, ras kienet tissejjaħ
U fl-Eġizzjan l-Antik konna nsibu wkoll dan il-ġeroglifiku:
Fil-Malti, kelma oħra għal 'dar' hija 'bejta'. Id-dar ta' l-għasfur hija 'bejta', u meta nippjanaw li nitilgħu fuq l-ogħla sular tad-dar tagħna, aħna ngħidu li tilgħin sa 'fuq il-bejt'.
أليف' li tfisser 'mans; grixti' fejn hawn min jgħid li dan għadu jidher fiha. Wara kollox, bħaż-żwiemel, il-bhejjem kellhom jiġu mmansati qabel ma jintrabbu.
Fil-Lhudi nsibu xi ħaġa interessanti ħafna. L-għerq אלף jidher f'żewġ kelmiet, fl-isem ta' l-ewwel ittra 'aleph' - אָלֶף, u fil-kelma אֶלֶף /élef/ li tirreferi għan-numru 1000. Wieħed jista' jinnota immedjatament kif dan il-qari jixbah lil dak 'elf' tal-Malti.
Bil-Ġermaniż u bl-Olandiż, elf tfisser 'ħdax'; kelma li appuntu hija rrelatata ma' 'eleven'. 'Elf' huwa wkoll kreatura qasira b'poteri maġiċi li nsibu fil-mitoloġija tan-Norveġja. Varjazzjoni ta' dan l-'elf' huwa l-'alp', kreatura malinja li kapaċi tbiddel l-aspett tagħha fiex trid hi u spiss tattakka matul l-irqad tal-vittma tagħha. Fi kliem ieħor, din hija l-ħeddiela li spiss wieħed jisma' biha fuq it-TV.
Bil-Ġermaniż u bl-Olandiż, elf tfisser 'ħdax'; kelma li appuntu hija rrelatata ma' 'eleven'. 'Elf' huwa wkoll kreatura qasira b'poteri maġiċi li nsibu fil-mitoloġija tan-Norveġja. Varjazzjoni ta' dan l-'elf' huwa l-'alp', kreatura malinja li kapaċi tbiddel l-aspett tagħha fiex trid hi u spiss tattakka matul l-irqad tal-vittma tagħha. Fi kliem ieħor, din hija l-ħeddiela li spiss wieħed jisma' biha fuq it-TV.
Fl-Għarbi dan in-numru jinkiteb hekk: ألف, bil-ħamża fuq l-alif, jiġifieri li kieku din il-kelma Għarbija hija miktuba bil-Malti, din probabilment tinkiteb hekk 'qalf' bil-ħoss tal-q / (ħamża) fuq quddiem. Ta' min insemmi li fl-Għarbi hemm il-konsonanti qāf ق (IPA: /q/ mhux /) li għandha ħoss li m'għadux jeżisti fil-Malti għalkemm kien jintuża fil-passat. Mal-mogħdija taż-żmien, il-ħoss qāf inbidel f'dak tal-ħamża f'Malta: bħal fil-każ tal-kelma 'qalb' (IPA: /lp/) li tinqara قَلْب (IPA: /qalb/) fl-Għarbi Standard. Din il-bidla fonetika narawha anki fl-Għarbi modern ta' l-Eġittu.
Fil-folklor Lhudi nsibu kif l-aleph hija l-iżjed ittra personifikata fost l-ittri kollha. L-א hija mfaħħra ħafna għall-umiltà tagħha għax minkejja li hija l-ewwel ittra, din ma talbitx lil Alla biex tkun il-mezz u l-oriġini tal-ħolqien u lanqas biex il-Bibbja tibda biha - il-Bibbja fil-fatt fiha t-tieni ittra B ta' l-alfabett Ebrajk darbtejn f'isimha: ביבליה. Għalhekk l-aleph jingħad li kellha l-privileġġ li tkun l-ewwel ittra ta' l-ogħla numru Semitiku: l-elf. (Miljun u biljun ma jiġux mill-Għarbi, eċċ.) Fil-Lhudi, אלף huwa wkoll għerq primittiv bl-ideat tal-assoċjazzjoni u ta' l-istudju, u kawżattivament, tat-tagħlim.
Konnessjoni oħra bejn barri u elf nistgħu nissoponu li hija fil-mod kif dawn l-annimali jgħixu f'merħla, li spiss ikun fiha eluf kbar minnhom. Ħaġa li nistgħu narawha sal-lum.
U nibqgħu sejrin hekk, fejn naraw li fil-kelma 'daħal' għandna l-oriġini ta' l-ittra D; fil-kelma 'ħajta' għandna l-oriġini ta' l-ittra Ħ; fil-kelma 'id' għandna l-oriġini ta' l-ittri I u J u fil-kelma 'tajjeb' għandna l-oriġini ta' l-ittra T. Fil-każ ta' l-ittri l-oħra, il-kliem Semitiku oriġinali ma wasalx jew m'għadux jintuża fil-Malti.
Timmaġinawhom il-kotba, il-mowbajls, l-internet u saħansitra ħajjitkom mingħajr l-ittri ta' l-alfabett? L-alfabett Latin huwa l-iżjed imxerred madwar id-dinja imma fil-Malti biss nużawh biex niktbu dak l-istess kliem li jagħti l-ħoss lill-ittri tiegħu. Filwaqt li l-kulturi l-oħra lanqas biss kellhom forma ta' kitba, aħna l-Maltin għandna sehem importanti fl-aktar invenzjoni importanti ta' l-umanità: il-kitba.