2014年4月23日水曜日

En Güzel Deniz - L-Isbaħ Fost L-Ibħra


Minkejja li huwa poeta ta' l-imħabba, Nâzim Hikmet huwa fl-istess ħin poeta tal-battalja. Il-qawwa tal-versi tiegħu tinstab propju fil-parteċipazzjoni ineżawrjenti li kellu għal dak kollu li kien iseħħ madwaru fid-dinja.

Hawnhekk ittraduċejt waħda mill-poeżiji favuriti tiegħi, oriġinarjament mingħajr titlu, li Hikmet kien kiteb meta kien ġie maqful il-ħabs bejn l-1942 u l-1946. 

-----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

En güzel deniz :
                            henüz gidilmemiş olanıdır.
En güzel çocuk :
                            henüz büyümedi.
En güzel günlerimiz :
                            henüz yaşamadıklarımız.
Ve sana söylemek istediğim en güzel söz :
                            henüz söylememiş olduğum sözdür.


                L-isbaħ fost l-ibħra
                                               huwa dak li ma nnavigajniex
                L-isbaħ fost uliedna
                                               huwa dak li għadu ma kibirx
                L-isbaħ fost il-ġranet tagħna
                                               għadna ma għexnihomx
                U dak li nixtieq ngħidlek l-isbaħ
                                               għadni ma għidtulekx.



Awdjo 1 - Mużika
Awdjo 2 - Reċitazzjoni