'Żombi' hija kelma ta' oriġini Afrikana li tingħad li tiġi mill-lingwi tal-Bantu. Dan grupp li fih numru żvarjat ta' lingwi rrelatati ma' xulxin u għalhekk il-kelma oriġinali nistgħu nsibuha miktuba f'ħafna forom differenti, fostom: 'zumbi', 'nzambi', 'fúmbi', 'mvumbi', 'ndzumbi', 'nsumbi', 'nvumbi', 'nzambi', 'zan bibi' u 'zan bii'.
Fil-kontinent Afrikan it-tifsira ta' 'żombi' toxxilla minn 'alla', 'spirtu' jew 'demonju' sa 'fetiċċ' jew 'taliżman'.
Insomma, hija kelma li hija assoċjata profondament ma' l-okkult u d-divinitajiet folkloristiċi ta' l-Afrika.
Minħabba l-emigrazzjoni ta' l-iskjavi li seħħet ġol-Karibew madwar 400 sena ilu, ir-riti u t-tradizzjonijiet Afrikani nxterdu fil-Kontinent il-Ġdid ukoll, fejn insibu l-'jumbee' (jew 'jumbie'), kelma oħra rrelatata ma' 'żombi'. Din tirreferi għal spirti malinji li huma kapaċi jbiddlu l-forma fiżika tagħhom. (Wieħed jista' jqabbilhom xi ftit mal-女郎蜘蛛 (絡新婦) tal-Ġappun.)
Ta' min jgħid li minħabba t-taħlit ta' kulturi li seħħ matul dak iż-żmien ta' kolonizzazzjoni u skjavizzazzjoni f'dawk in-naħat tad-dinja, huwa diffiċli ħafna biex wieħed ikollu definizzjoni ċara ta' entitajiet bħal dawn.
Imma ejja naraw x'jgħid id-dizzjunarju ta' Oxford dwar iż-żombi:
zombie
noun
1 a corpse said to be revived by witchcraft, especially in certain African and Caribbean religions.
informal a person who is or appears lifeless, apathetic, or completely unresponsive to their surroundings.
a computer controlled by another person without the owner’s knowledge and used for sending spam or other illegal or illicit activities.
2 a cocktail consisting of several kinds of rum, liqueur, and fruit juice.
Ċara mela. Ġisem li kien mejjet iżda li ġie rxuxtat maġikament - ma tistax tkun ċert jekk huwiex ħaj jew mejjet.
B'mod interessanti ħafna, fil-lingwa Ġappuniża nsibu din il-kelma:
Kelma li tinqara ぞんぴ zonpi.
Din tfisser 'eżistenza', 'ħajja jew mewt' u 'bejn li jeżisti jew li ma jeżistix'.
Ma nafx inti li qed taqra dan il-post, imma jien, jien nara li din għandha tifsira simili ħafna ta' 'żombi'.
Dejjem niġi affaxxinat b'okkorrenzi li apparentement huma koinċidenzi bħal dawn.
Ta' min jgħid imma li fil-Ġappuniż, 存否 (li tinqara sonpi wkoll) hija kelma li ma tintużax spiss.

存否

żombi ⇔ zonpi

0 件のコメント:
コメントを投稿