Fil-Ġappuniż, il-kelma għall-qargħa ħamra (pumpkin) u għall-qargħa bagħli (squash) hija din: 南瓜.
Letteralment 南瓜 tfisser "il-bettieħa tas-Sud" għax iċ-Ċiniżi - dawk li ħolqu din il-kelma (huma jaqrawha nánguā) - oriġinarjament kienu jimportawha minn xi pajjiżi fix-Xlokk ta' Asja, li appuntu jinstabu fin-Nofsinhar taċ-Ċina.
Però l-Ġappuniżi probabbilment kienu diġà jikkultivaw din il-pjanta saħansitra qabel ma din il-kelma daħlet f'pajjiżhom. Fil-fatt, għalkemm ma' kliem bħal dan normalment insibu qari ta' oriġini Ċiniża (音読み), ma' 南瓜 insibu marbut magħha qari li mhuwiex Sinitiku.
Il-kelmiet 'kaboċċa' u 'かぼちゃ' għandhom tifsira differenti iżda t-tnejn li huma jirreferu għal żewġ ħxejjex li huma tajbin għall-ikel.
Jista' jkun hemm relazzjoni bejniethom?
Ħeqq, ejja l-ewwel naraw l-oriġini etimoloġika tal-kelma Maltija.
Skond dak li jgħid Aquilina様, kaboċċa tiġi mid-djalett Sqalli cappucciu u huwa l-mod kif l-iSqallin jirreferu għal numru ta' ħxejjex u fjuri li għandhom forma appuntu ta' kapoċċ. Fit-Taljan standard, kaboċċa hija msejħa cavolo; kelma li tintuża spiss ewfemistikament f'interjezzjonijiet li jesprimu xi sensazzjoni negattiva. Minflokcazzo insomma. Kif nagħmlu aħna l-Maltin biż-żoċċ u bil-madoffi wara kollox. Fit-Taljan ukoll insibu kelma oħra li tfisser kaboċċa: lattuga cappuccia.
Fil-każ tal-kelma かぼちゃ, din tiġi mill-isem tal-Kamboġja, pajjiż Asjatiku li jinstab ħdejn it-Tajlandja. Milli jidher, din il-ħaxixa kienet ġiet impurtata mill-Portugiżi għall-ewwel darba ġol-Ġappun madwar 500 sena ilu taħt l-isem カボチャ瓜 - "il-bettieħ tal-Kamboġja"; isem li maż-żmien tqassar għal カボチャ. (Il-ħsejjes nażali tal-Portuġiż jintiflu faċilment meta jidħlu f'widna Ġappuniża, speċjalment f'dawk tan-nies tal-passat.) Il-Ġappuniżi abbinaw dan il-qari Portuġiż mal-karattri 南瓜. (Fil-Ġappuniż hemm flessibiltà lingwistika kbira; kanji bħal 頁 jinqara ページ minn page, filwaqt li 米 jista' jinqara メートル minn metre. Dawn huma kliem Ingliżi, iżda fil-bidu l-Ġappuniż kien jadotta ħafna kliem mill-Portugiż u l-Olandiż - il-lingwa ta' pajjiżi magħrufa għan-navigaturi famużi li kellhom.)
L-oriġini ta' l-isem tal-Kamboġja huwa diffiċli biex wieħed jasal għaliha preċiżament. Kull ma jingħaraf huwa l-isem ta' tribù/renju li kien jinstab fl-Indja; isem li probabilment ifisser "ir-renju (mill-għerq bhuj) ta' Kam", fejn Kam huwa wisq probabbli l-isem jew it-titlu ta' xi nobbli mitluf fis-sekli. (L-ewwel l-Faragħun tad-Dinastija XXVII kien Persjan bl-isem 'Mesut-Rā Kambȧthet' - bilfors huwa rrelatat ukoll - imma qed niddevja hawn.)
Jidher li m'hemmx relazzjoni bejn il-kelma Maltija u dik Ġappuniża. Iżda jekk かぼちゃ ġejja mill-isem Kamboġja li ġej minn isem ta' re jew farawn, u jekk re jew farawn huwa l-kap ta' renju, u jekk kap insejħulu ras, u jekk ras tissejjaħ capa jew capoccia b'mod diminuttiv bil-Taljan, u jekk capoccia twassal għal kaboċċa fil-Malti, allura forsi hemm xi relazzjoni wara kollox.
----------------------------------------------------------------------------------
E, fil-Ġappuniż ukoll, insibu din il-kelma 南京 li tinqara ナンキン nankin.
Tfisser kemm qargħa ħamra jew qargħa bagħli.
Tarawha tixbah wisq lill-kelma pumpkin? ;-P

Jgħidu li b'kaboċċa u b'qargħa ħamra tagħmel soppa vera tal-ġenn.
Hawnhekk issibu riċetta.
Letteralment 南瓜 tfisser "il-bettieħa tas-Sud" għax iċ-Ċiniżi - dawk li ħolqu din il-kelma (huma jaqrawha nánguā) - oriġinarjament kienu jimportawha minn xi pajjiżi fix-Xlokk ta' Asja, li appuntu jinstabu fin-Nofsinhar taċ-Ċina.
Però l-Ġappuniżi probabbilment kienu diġà jikkultivaw din il-pjanta saħansitra qabel ma din il-kelma daħlet f'pajjiżhom. Fil-fatt, għalkemm ma' kliem bħal dan normalment insibu qari ta' oriġini Ċiniża (音読み), ma' 南瓜 insibu marbut magħha qari li mhuwiex Sinitiku.
Dan il-qari huwa かぼちゃ. Bir-rōmaji: kabocha.
Kif jista' jkun? Din il-kelma tinstema' prattikament l-istess bħall-kaboċċa tagħna l-Maltin!Il-kelmiet 'kaboċċa' u 'かぼちゃ' għandhom tifsira differenti iżda t-tnejn li huma jirreferu għal żewġ ħxejjex li huma tajbin għall-ikel.
Jista' jkun hemm relazzjoni bejniethom?
Ħeqq, ejja l-ewwel naraw l-oriġini etimoloġika tal-kelma Maltija.
Skond dak li jgħid Aquilina様, kaboċċa tiġi mid-djalett Sqalli cappucciu u huwa l-mod kif l-iSqallin jirreferu għal numru ta' ħxejjex u fjuri li għandhom forma appuntu ta' kapoċċ. Fit-Taljan standard, kaboċċa hija msejħa cavolo; kelma li tintuża spiss ewfemistikament f'interjezzjonijiet li jesprimu xi sensazzjoni negattiva. Minflok
Fil-każ tal-kelma かぼちゃ, din tiġi mill-isem tal-Kamboġja, pajjiż Asjatiku li jinstab ħdejn it-Tajlandja. Milli jidher, din il-ħaxixa kienet ġiet impurtata mill-Portugiżi għall-ewwel darba ġol-Ġappun madwar 500 sena ilu taħt l-isem カボチャ瓜 - "il-bettieħ tal-Kamboġja"; isem li maż-żmien tqassar għal カボチャ. (Il-ħsejjes nażali tal-Portuġiż jintiflu faċilment meta jidħlu f'widna Ġappuniża, speċjalment f'dawk tan-nies tal-passat.) Il-Ġappuniżi abbinaw dan il-qari Portuġiż mal-karattri 南瓜. (Fil-Ġappuniż hemm flessibiltà lingwistika kbira; kanji bħal 頁 jinqara ページ minn page, filwaqt li 米 jista' jinqara メートル minn metre. Dawn huma kliem Ingliżi, iżda fil-bidu l-Ġappuniż kien jadotta ħafna kliem mill-Portugiż u l-Olandiż - il-lingwa ta' pajjiżi magħrufa għan-navigaturi famużi li kellhom.)
L-oriġini ta' l-isem tal-Kamboġja huwa diffiċli biex wieħed jasal għaliha preċiżament. Kull ma jingħaraf huwa l-isem ta' tribù/renju li kien jinstab fl-Indja; isem li probabilment ifisser "ir-renju (mill-għerq bhuj) ta' Kam", fejn Kam huwa wisq probabbli l-isem jew it-titlu ta' xi nobbli mitluf fis-sekli. (L-ewwel l-Faragħun tad-Dinastija XXVII kien Persjan bl-isem 'Mesut-Rā Kambȧthet' - bilfors huwa rrelatat ukoll - imma qed niddevja hawn.)
Jidher li m'hemmx relazzjoni bejn il-kelma Maltija u dik Ġappuniża. Iżda jekk かぼちゃ ġejja mill-isem Kamboġja li ġej minn isem ta' re jew farawn, u jekk re jew farawn huwa l-kap ta' renju, u jekk kap insejħulu ras, u jekk ras tissejjaħ capa jew capoccia b'mod diminuttiv bil-Taljan, u jekk capoccia twassal għal kaboċċa fil-Malti, allura forsi hemm xi relazzjoni wara kollox.
----------------------------------------------------------------------------------
E, fil-Ġappuniż ukoll, insibu din il-kelma 南京 li tinqara ナンキン nankin.
Tfisser kemm qargħa ħamra jew qargħa bagħli.
Tarawha tixbah wisq lill-kelma pumpkin? ;-P
----------------------------------------------------------------------------------
Jgħidu li b'kaboċċa u b'qargħa ħamra tagħmel soppa vera tal-ġenn.
Hawnhekk issibu riċetta.
0 件のコメント:
コメントを投稿